Il-programm tant popolari ta’ Louise Doneo ‘Esperti’, mill-iskeda l-ġdida ta’ Jannar, ser jibda jixxandar kull nhar ta’ Ġimgħa minflok nhar ta’ Tlieta, fl-istess ħin, fit-8:30pm, b’ripetizzjonijiet kull nhar ta’ Tlieta fis-6:45pm, il-Ħamis fl-4:30pm u s-Sibt fit-3:00pm.
Minn din l-iskeda, ser jiġu ppreżentati t-tieni grupp ta’ tfal għal dan l-istaġun, li ser iżommuna kumpanija minn Jannar sa Marzu 2023.
Dawn huma l-ismijiet tal-’Esperti’ ta’ 2023:
KIAN CARUANA, 9 snin
KAYLEIGH CALLEJA, 8 snin
KAYDEN BARBARA, 5 snin
EMMA BUSUTTIL, 9 snin
BEPPE CARUANA, 7 snin
SHAZNEY BARBARA, 8 snin
MATTHEW CUTAJAR, 5 snin
JADE PISCOPO, 7 snin
MASON VELLA, 7 snin
Filwaqt li nsellmu lill-Esperti ta’ 2022, Nicky, Naomi, Teresa, Matthew, Edison, Adam, Nirvana, Nyall, Elai u Kelsey u nirringrazzjawhom tas-simpatija u risposti ħelwin tagħhom, issa nilqgħu u nistennew bil-ħerqa lil dan il-grupp il-ġdid li bla dubju ser ikompli fejn ħallew ta’ qabilhom u jagħtu divertiment u kumpanija lit-telespettaturi Maltin u Għawdxin tul it-13-il programm li ġejjin.