Xarbiet li fihom ħafna proteina, bħal m’huma protein shakes, għandu jkollhom twissija tas-saħħa miktuba fuqhom.
Saħaq dan Coroner Tom Osborne, professur tal-pedjatrija fir-Renju Unit, li qal li dawn it-twissijiet għandhom il-potenzjal li jsalvaw ħajjet in-nies.
Dan wara li Rohan Godhania, ta’ 16-il sena, miet minn marda ġenetika rari kkaġunata minn ħsara rriversibbli fil-moħħ. Il-marda tiegħu, magħrufa bħala OTC minħabba defiċjenza ta’ ornithine transcarbamylase, tipprevjeni l-ammonja milli tiġi proċessata mill-ġisem. Riżultat ta’ dan, jinbnew livelli letali fid-demm. F’dan il-kuntest, xorb b’ammont għoli ta’ proteini jistgħu jinkoraġġixxu ammonti kbar ta’ ammonja.
Avukati f’isem il-familja ta’ Rohan qed jistaqsu jekk intilfux opportunitajiet biex iż-żagħżugħ jiġi eżaminat għall-ammonja qabel mewtu, minkejja li dan kien rakkomandat meta ddaħħal l-isptar.
Rohan Godhania minn Ealing, marad fil-15 ta’ Awwissu 2020, u miet tlett ijiem wara fl-Isptar ta’ West Middlesex. Bħalissa għaddejja inkjesta dwar dan il-każ.