“Għalfejn għandha għonqha twil il-ġiraffa?” Din u aktar mistoqsijiet kurjużi li rrispondew għalihom l-Esperti ta’ Louise Doneo fi programm iddedikat lil dawk kollha li għandhom għal qalbhom l-annimali.
Nevise Borg Caligari u Pierre Borg huma l-mistiedna speċjali fejn jikkompetu bejnietom jippruvaw jaqtgħu x’setgħu kienu r-risposti tal-Esperti tagħna.

Infakkru li Esperti qiegħed jixxandar kull nhar ta’ Ġimgħa fit-8:30pm, b’ripetizzjonijiet kull nhar ta’ s-Sibt fit-3:00pm, nhar ta’ Tnejn fil-11:00pm, nhar ta’ Tlieta fis-6:45am u nhar ta’ Ħamis fl-4:30pm.