Ġie iffirmat ftehim mal-International Insititue of Justice and Rule of Law, biex dan jimxi mill-bini tal-Università l-antika fil-Belt Valletta, għall-Armerija fil-Birgu.
Dan l-istitut Amerikan ilu sentejn jopera f’pajjiżna u jgħaqqad professjonisti legali mir-reġjun Ewro-Mediterranju, biex flimkien jaħdmu u jiġġieldu t-terroriżmu.
L-istitut joffri taħriġ li jdum minn jumejn sa massimu ta’ ġimgħa. Jattendu Imħallfin, avukati, prosekuturi, uffiċjali minn korpijiet tal-Pulizija minn imkejjen differenti tad-dinja u kull min għandu x’jaqsam mal-ġlieda kontra t-terroriżmu.
Minn meta beda jopera sa llum, aktar minn elfejn persuna ġiet hawn Malta għat-taħriġ.
Għall-bidu kien maħsub li dan l-istitut jopera temporanjament minn pajjjiżna, iżda tant kiseb suċċess li baqa’ hawn. Huwa l-uniku istitut tat-tip tiegħu fid-dinja, u jopera bi ftehim bejn il-Gvern Tork u dak Amerikan.
Is-Segretarju Eżekuttiv Robert Strang qal li l-iżvilupp tal-Birgu jirrifletti l-iżvilupp li għaddej minnu l-Istitut.
https://www.youtube.com/watch?v=IU_4c4Z6eYs