Bit-tluq tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea, pajjiżna huwa fost l-aktar pajjiżi li qed jissemmew biex jieħdu post Londra bħala ċentru tas-suq finanzjarju Ewropew.
F’sondaġġ li fih ħadu sehem esperti fl-industrija, Malta hija t-tieni l-aktar pajjiż imsemmi li se jieħu parti kbira min-negozju fis-swieq Ewropej.
Skont l-istess sondaġġ, pajjiżna huwa ferm iktar attraenti għall-klijenti f’dan is-settur minn pajjiżi bħall-Ġermanja u Franza.
Il-Kap tad-Dipartiment tal-Bejgħ ta’ waħda mill-kumpaniji li jaħdmu fis-settur finanzjarju, Natalia Zakharova, qalet li temmen li Malta u Ċipru għandhom potenzjal kbir.
Hija spjegat kif id-deċiżjoni finali tal-kumpaniji f’dan is-settur hija marbuta mal-abbiltà ta’ dawn il-pajjiżi biex jipproteġu l-klijenti, filwaqt li jagħtu l-libertà meħtieġa lill-istess kumpaniji.