500 parteċipant, inkluż dawk minn barra l-pajjiż bi professjonijiet differenti fl-industrija tas-servizzi finanzjarji, bħalissa qed jattendu għall-konferenza mtellgħa fuq jumejn mill-Borża ta’ Malta dwar il-governanza, ir-riskji u l-konformità, fil-qasir GRC, u dawk dwar l-ambjent, is-soċjal u l-governanza, magħrufin bħala ESGs.
Il-konferenza qed tara kelliema distinti, fosthom esperti lokali u internazzjonali, u jinkludu rappreżentanti mill-World Federation of Exchanges, mill-Borża tal-Lussemburgu, mill-Bank of England, l-IBM, il-European Gaming and Betting Association, kif ukoll mill-Bourse de Casablanca u Borsa Istanbul.
Fil-fatt, f’kumment ma’ dan l-istazzjon, iċ-Chairman Eżekuttiv tal-Borża ta’ Malta, Joseph Portelli, tenna kif l-esperti internazzjonali qed jaraw lil Malta bħala mudell ideali ta’ suċċess.
“It’s all about sending a message to the world, that here in Malta we do take GRC and ESG very seriously. I’m very proud to say that we have over 500 partecipants at this conference, 70 of them have come from foreign destinations. We have three people that came from the University of Hong King just to attend this summit.”
Joseph Portelli, Chairman Eżekuttiv
Portelli żied jgħid li, f’din l-industrija tant kruċjali għall-ekonomija ta’ pajjiżna, hu jara serjetà kbira minn min jipparteċipa fiha.
“It’s absolutely outstanding, you know, as Chairman of MSE I attend board meetings and I can say that the governance here in Malta is as good as it gets.”
Il-Ħamis filgħodu indirizzaw ukoll lil dawk preżenti l-Ministru għall-Finanzi, Clyde Caruana, u l-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u t-Tindif Pubbliku, Miriam Dalli.