Jirriżulta li Harbinson, li qed jiġi akkużat b’konflitt ċar ta’ interess meta ġie ngaġġat fl-inkjesta tal-isptarijiet, hu l-aħħar xhud li se tkun qed tressaq il-Prosekuzzjonikif kien mitlub jagħmel.
Waqt li kompliet il-kawża quddiem il-Maġistrat Rachel Montebello, li tinkludi lill-eks Prim Ministru Joseph Muscat, Jeremy Harbinson, li kien responsabbli fuq l-esperti l-oħrajn f’din l-inkjesta, ma tfaċċax fl-awla tal-Qorti.
Jirriżulta li kienet saret talba mill-Avukat Ġenerali biex dan jixhed permezz ta’ video conferencing.
Minkejja dan, it-talba ma ntlaqgħetx mill-Qorti u l-espert ewlieni issa ġie ordnat, permezz ta’ digriet, biex fi żmien jumejn jindika data meta jkun lest jixhed fiżikament, jekk hux fis-seduta li jmiss skedata għal nhar it-Tlieta li ġej, 14 ta Jannar, jew xi darba oħra.
Jirriżulta li Harbinson, li qed jiġi akkużat b’konflitt ċar ta’ interess meta ġie ngaġġat fl-inkjesta tal-isptarijiet, hu l-aħħar xhud li se tkun qed tressaq il-Prosekuzzjoni f’dan il-każ.