Amy Zahra, żagħżugħa Maltija li fl-etá ta’ 17-il sena rnexxielha tkun waħda mill-mudelli fuq ir-runway ta’ ‘The London Fashion Week’. Hija ħabbret dan fuq is-sit soċjali ta’ facebook permezz ta’ ritratt li ħadet fl-ajruport Internazzjonali ta’ Malta qabel it-tluq tagħha lejn l-Ingilterra għal esperjenza prestiġjuża fid-dinja tal-moda. Hija kellha l-opportunitá li żżanżan il-kollezzjoni tal-ħwejjeġ tad-disinjatriċi,Delna Poonawalla.
Din il-mudella diġa rnexxielha tagħmel isem f’pajjiżna, taħt is-superviżjoni ta’ Supernova Models, hekk kif dehret f’bosta rivisti u ħadet sehem f’bosta sfilati tal-moda fosthom matul ‘The Malta Fashion Week’.
Ritratt: Nicky Scicluna