Heritage Malta daħlet f’kollaborazjoni ma’ google arts and culture biex persuni jkollhom aċċess għall-wirt kulturali Malti onlajn.
Fuq google arts and culture bħalissa hemm ‘il fuq minn elf arkivju ta’ mużewijiet madwar id-dinja u issa dawk Maltin jinsabu hemm ukoll.
Giorgio Abeltino, id-Direttur għall-politika dwar arti u kultura ta’ Google, qalet li l-wirt storiku u kulturali huwa wieħed speċjali li l-pubbliku għandu jkollu aċċess għaliex għaliex fuq kollox in-nies huma parti mill-kultura tal-pajjiż. Hija stqarret li dan l-aċċess onlajn se jkun qed jgħin lill-pubbliku jifhem aktar il-kultura ta’ pajjiżna filwaqt li jifhem ukoll kulturi oħrajn.
Intqal ukoll li aktar informazzjoni dwar il-kultura jgħinha ukoll nifhmu aktar it-turiżmu, dan għaliex studji juru li min isiefer iffitex dwar il-kultura u s-servizz ta’ google arts and culture jgħin lil dawn in-nies isiru jafu aktar dwar il-kultura tal-pajjiż.
Dan ifisser li permezz ta’ din il-kollaborazzjoni wieħed se jkun jista’ jesperjenza l-mużewijiet kollha Maltin onlajn, bl-ewwel wieħed li se informazzjoni dettaljata dwaru se tkun aċċessibbli onlajn jkun l-Mużew tal-Arkeoloġija fil-Belt Valletta.
Il-Ministru għall-kultura Owen Bonnici qal li biex is-settur tal-kultura jkompli jissaħħaħ jeħtieġ li nkomplu nimmodernizzaw dan is-settur bl-użu tal-aħħar teknoloġija.