Id-dinja tagħna tiswa mitqlu deheb u jeħtieġ nibżgħu għaliha.
Dan kien is-sentiment espress waqt edizzjoni oħra tal-kompetizzjoni ta’ Malta Junior Science Olympiad, bit-tema ta’ din is-sena tkun l-enerġija rinovabbli fosthom fjuwil li jħammeġ l-inqas.
Din is-sena, din il-manifestazzjoni tax-xjenza fl-aqwa tagħha ġiet organizzata fl-iskola sekondarja ta’ Ħad Dingli, fejn 75 student tal-ħames sena sekondarja li ġejjin minn 25 skola differenti minn Malta u Għawdex, ipparteċipaw bi sħiħ.Ix-xogħol li qec iwettqu l-istudenti f’din il-festa xjentifika ser qed kkoreġut mill-esperti tax-xjenza, fejn f’dan il-proċess jaraw liema skola ġabet l-aktar marki u eventwalment tkun l-iskola rebbieħa.
Dan l-istazzjoni żar din l-attività fejn l-istudenti tal-iskola Internazzjonali tal-Isport spjegaw il-proċess ta’ dan ix-xogħol.
Desiree Scicluna Bugeja, Assistent Direttur fid-Direttorat tat-Tgħallim u l-Assesjar, enfasizzat fuq it-tema ta’ Science Olympiad għal din is-sena.
Intant għal din l-attività mill-aktar interattiva attenda l-Ministru tal-Edukazzjoni Evarist Bartolo fejn saħaq fuq il-futur tal-istudenti fil-qasam tax-xjenza.