Il-karnival tas-sajf sar sinonimu mar-raħal ta’ Buġibba, iżda għall-ewwel darba sar fin-Nofsinhar ta’ Malta, f’Wied il-Għajn.
Fit-tlieta ta’ filgħodu tal-Ħadd, il-karrijiet tal-Karnival ttieħdu lejn Wied il-Għajn biex il-Ħadd filgħaxija l-briju kompla hemm.
Il-Ministru tal-Kultura Owen Bonnici sostna li dan kien esperiment li rnexxa. Id-direttur artistiku tal-Karnival Jason Busuttil, sostna li għas-sena d-diehla ser ikunu qed jaħdmu biex dan l-avveniment jikber.
https://www.youtube.com/watch?v=nUKlJAxeB-s