Minn tal-inqas persuna tinsab arrestata b’rabta ma’ każ li seħħ fl-aħħar jum tas-sena f’Paceville, li minn filmat li nxtered fuq il-midja soċjali, jidher li kien hemm grupp ta’ bouncers li bdew isawtu raġel b’mod brutali fit-triq.
ONE News jinsab informat li kienet azzjoni f’waqtha tal-Pulizija mis-sezzjoni tar-Rapid Intervention Unit li kienu xogħol l-Ajruport, li wasslet għall-arrest ta’ mill-inqas wieħed minn dawn il-bouncers, li hu Rumen, wara li żewġ uffiċjali għarfu lir-raġel waqt li kien se jipprova jaħrab mill-pajjiż.
Sors viċin ONE News spjegaw kif minn tal-inqas wieħed minn dawn qata’ titjira lura lejn pajjiżu u pprova jaħrab ilbieraħ waranofsinhar, sakemm intagħraf mill-Pulizija tal-RIU fl-Ajruport u twaqqaf minnufih.
Hu mifhum li dan ġie arrestat fl-Ajruport u ttieħed fl-Għassa ta’ San Ġiljan għal aktar investigazzjonijiet.
Il-filmat, li ħareġ fuq il-portal Lovin’ Malta, qed jingħad li ttieħed fl-aħħar lejl tas-sena, u juri ħamest irġiel jattakkaw u jsawtu lir-raġel brutalment, inkluż b’oġġett simili għal lembuba.
Sorsi ta’ min joqgħod fuqhom qalu lil ONE News li r-raġel arrestat hu dak li fil-filmat deher juża forma ta’ lembuba jsawwat lir-raġel u eżatt wara jagħtih daqqiet bis-sieq.
AQRA AKTAR: