Jew titwaqqa’, jew titranġa. Hekk jgħid avviż ta’ inforzar li twaħħal illum mill-Awtorita’ tal-Ippjanar ma’ dak li fadal mill-lukanda Jerma. Dħalna fil-lukanda – ħaġa li m’hi diffiċli xejn, tant li hemm ġew ma konniex waħedna.
Tkellimna mal-Kap Eżekuttiv tal-Awtorita’ tal-Ippjanar u mas-Segretarju Parlamentari Deborah Schembri, li nnotat li dawn it-tip t’avviżi qed jinħarġu għal kulħadd – żviluppaturi kbar u żgħar – kull min jikser il-liġi.