Is-sidien tal-lukanda tal-Jerma appellaw mill-avviż ta’ infurzar li ħarġet l-Awtorità tal-Ippjanar fil-konfront tagħhom fl-aħħar jiem. L-Awtorità għamiltha ċara li s-sidien iridu jew jirranġaw il-post jew inkella jwaqqgħu l-istruttura eżistenti.
Biex jagħmlu dan ingħataw sittax –il jum li jiskadu kmieni l-ġimgħa d-dieħla. Biex ftit jiem qabel din l-iskadenza fil-bini tal-awtorità daħal l-appell. Imkejjen ta’ ONE NEWS fl-Awtorità qalu li qed ikun ikkunsidrat li it-tribunal dwar l-ambjent u l-ippjanar jintalab jisma’ dan il-każ b’mod urġenti.
Dan għax għall-Awtorità m’għadux aċċettabbli li din il-lukanda f’Wied il-Għajn tibqa’ fl-istat li hi; perikoluż u jidher ikrah.