Dalgħodu, għall-ħabta tas-07:00, infermiera li tmur tassisti lill-anzjani marret għand anzjana ta’ disgħin sena fir-residenza tagħha f’St Nicholas Street, Sliema.
L-anzjana ma bdietx tiftah il-bieb. L-infermiera bexxqet il-letter box u xammet riħa qawwija ta gass. Minnufieh ċemplet l-għassa ta tas-Sliema u dawn marru jiġru fuq il-post is-surgent PS 928 Ramon Mifsud Grech, flimkien ma żewg Kuntistabblijiet.
Dawn ikkonfermaw ir-riħa u l-fatt li ħadd ma beda iftaħ, u iddecidew li jiżgassaw il-bieb. Hemm sabu lill-anzjana mitlufa minn sensiha burner minn tal-cooker bil-gass ħiereġ.
Bil-gass li belgħu, spiċċaw ma jifilħux huma wkoll, u kellhom jingħataw l-għajnuna.
Din l-istess anzjana l-bieraħ stess kienet vittma meta waqt li kienet sejra l-quddies persuna jew persuni mhux magħrufa hatfula l-basket u ħarbu jiġru, bil-konsegwenza li kisrula idejha.
Meta ikkuntattjat, l-Ispettur Sandro Camilleri faħħar dan il-ġest qalbieni tas-surġent membru tal-Police Officers’ Union, il-POU-GWU, flimkien mal-kuntistabblijiet l-oħra.