Ħidma kbira mill-uffiċjali tad-Dwana fil-Freeport wasslet għal dik li hija maħsuba bħala l-akbar qabda ta’ droga fl-istorja ta’ pajjiżna.
ONE NEWS jinsab informat li d-droga, li nstabet f’tunnellati kbar, instabet f’għadd ta’ kontejners li kienu għadhom kif waslu Malta mis-Sirja bid-destinazzjoni aħħarija tkun dik tal-Libja.
Id-droga suspetatta reżina tal-kannabis instabet fi bramel tat-trab tas-sapun tal-ħwejjeġ.Mhux qed jiġi eskluż li din id-droga għandha valur fis-suq ta’ miljuni ta’ ewro.
Dan il-bastiment ġie interċettat mid-Dwana Maltija permezz tal-‘iscanners’ li għandha fil-Port Ħieles. Jidher li l-kontejners kienu grupp ta’ erba u ġew skenjati biz-ZBV Scanner fejn kien hemm indikazzjonijiet ċari li tnejn minn dawn il-kontejners seta’ kellhom id-droga.
L-investigazzjonijiet min-naħa tad-Dwana ilhom għaddejjin għal dawn l-aħħar sitt ijiem. Dawn bdew wara lil l-istess uffiċjali għorkithom għajnejhom wara li f’numru ta’ laned seta’ kien hemm materjal li kienx jaqbel ma’ dak dokumentat, fejn dehret inkonsistenza kbira fil-pataloti ta’ detergents li kienu qed iġorru dawn il-containers.
Sorsi qalu li kien f’dan il-punt li ttieħdet id-deċizjoni li dawn jinfetħu u jiġu eżaminati fejn f’kull patalot instabet 24 blokka reżina tal-kannabis.
L-istess sorsi qalu li kien it-Tnejn waranofsinhar lil-Uffiċjali tad-Dwana bdew jiftħu dawn il-containers fil-preżenza tal-Pulizija mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga u dawk forensiċi.
B’din l-akbar sejba ta’ droga f’pajjiżna ġiet infurmata wkoll il-Maġistrat tal-Għassa li fetħet inkjesta u ħatret bosta esperti biex jgħinuha.
Fis-sigħat li ġejjin id-droga mistennija tkompli titneħħa mill-kontejners biex tiġi analzzata għall-purità tagħha.