ONE News jista’ jiżvela li l-aħħar 48 siegħa kienu sigħat ta’ pressjoni kbira fl-istamperija fuq il-Kap tal-Partit Nazzjonalista biex ibiddel ix-Shadow Cabinet tiegħu.
L-istrateġisti ta’ Bernard Grech qalulu li bilfors irid jireaġixxi għall-ħatriet li għamel il-Prim Ministru fil-Kabinett tiegħu.
Bernard Grech kien xettiku. Iżda, imbagħad ċeda u llum beda jibgħat għal xi persuni. Għada mistenni jagħmel it-tħabbiriet.
Iżda, dan mhux wara li jitkellem ma’ iktar membri parlamentari bl-ewwel membri parlamentari li għada mistenni jikkonsulta magħhom huma dawk tal-fazzjoni li poġġietu fil-kariga. Jirriżulta li jekk ikunu kuntenti dawk allura jiddiskuti magħhom il-bidliet meħtieġa qabel ikellem il-kumplament tal-Grupp Parlamentari u jgħaddi għat-tħabbiriet.