IĦANXRU GĦONQ QASSIS
Żewġ persuni armati bi skieken ħadu ostaġġi fil-knisja Saint-Etienne-du-Rouvray, fin-Normandija, fi Franza. Fost dawn l-ostaġġi kien hemm qassis, li inqatel. Kien hemm ukoll żewġ sorijiet u numru ta’ devoti.
Kien il-Ministru għall-Intern Franċiż, Bernard Cazeneuve, li ddikjara li l-aggressuri huma t-tnejn mejta.
Kollox jindika li ż-żewġ agressuri daħlu minn naħa ta’ wara tal-knisja waqt li kienet qed tiġi ċelebrata quddiesa. Il-President Franċiż Francois Hollande jinsab fi triqitu lejn il-post.
.@skymarkwhite has the latest after reports that knifemen who’d taken hostages at a church in Normandy are shot dead https://t.co/VFJNyTgNXN
— Sky News (@SkyNews) July 26, 2016