Korrispondenza li għandna f’idejna tikxef li saret komunikazzjoni ma’ Tonio Fenech f’każ meqjus skandaluż.
Każ dwar Falcon Funds, li tiegħu Tonio Fenech huwa direttur, u li kienu investigati mill-Aġenzija Svediża għall-pensjonijiet dwar allegat mod frodulenti li bih għaddew flus ta’ pensjonanti minn fond privat għal dan il-fond.
Fl-ittra li fiha l-Aġenzija Żvediża għall-pensjonijiet bagħtet lil eks-Ministru Tonio Fenech, joħroġ ċar li l-korrispondenza bejn iż-żewg naħat kienet ilha għaddejja.
Mhux biss tagħti stampa ċara tar-raġuni li waslet lill-Aġenzija tieħu deċizjoni li hi stess iddeskriviet bħala stroika, iżda ssemmi kif mill-investgazzjoni li saret irrizulta li l-mod li bih il-fondi għaddew għall-Falcon Fund kien irregolari.
Tindika li nkiser il-ftehim li kien hemm bejn iż-żewġ nahat u ssemmi kunflitt t’interess, għax kien hemm relazzjoni ta’ negozju ma’ certu Ingmason ,li huwa rreġistrat fuq diversi indirizzi f’Malta. Dan għandu kumpaniji f’Malta, aġixxa fit-twaqqif ta’ Falcon Funds u issa qed ifittex liċenzja biex jibda negozju ġdid bl-isem ta’ Falcon Asset Management. L-ittra li ntbaghtet lil Tonio Fenech hija din.
[pdf-embedder url=”http://www.one.com.mt/wp-content/uploads/2016/06/tonio-fenech.pdf”]