Din il-ġimgħa one.com.mt esklussivament qed juri għall-ewwel darba it-tliet kontestanti li xi ħadd minnhom se jkun uffiċjalment l-ewwel parteċipant ta’ Liquorish 2017.
Il-votazzjoni tiftaħ illum permezz ta’ Facebook fejn kulħadd jista’ jivvota sa darba kuljum minn fuq il-paġna MyCokeMalta.
Waqt l-edizzjoni ta’ Liquorish tal-lejla se nkunu nistgħu insegwu filmat biex insiru nafu aktar lil dawn it-3 finalisti li qed jippreżentaw l-Avventura Impossibbli tagħhom. Ir-rebbieħ, li jitħabbar waqt ix-xandira finali ta’ Liquorish ta’ din is-sena, se jkollu l-opportnità li jagħmel din l-avventura impossibbli b’kollaborazzjoni ma’ Coca Cola Zero.
It-tliet kontestanti huma:
- Clayton Cutajar li għandu 28 sena li huwa mill-lokalità tas-Siġġiewi. Gradwat bħala għalliem tal-Bioloġija u kunsillier. Clayton huwa iffissat fuq l-attività fiżika u jibża’ mill-fantażmi. L-avventura impossibbli tiegħu hija avventura f’xi ġungla fejn irid jiskopri u jgħix il-ħajja f’dan il-post partikolai biex jiskopri xi ħaġa sinonima mal-lokal.
- Elisia Buhagiar għandha 23 sena u mill-Mosta. Tħobb tiekol u torqod iżda minn dejjem xtaqet tagħmel din l-avventura. Ilha 10 snin f’relazzjoni. L-avventura impossibbli tag]ha hija xi attivita’ estrema bħal skydive, bungee jumping jew zip lining.
- Matthew Bonnici għandu 25 sena u minn Ħaż-Żebbuġ. Gradwat bħala Engineer u iffissat fuq il-karozzi. Jibża’ mill-wirdien u mhux lest li jiekol wieħed l-anqas għal miljun ewro. Iffissat fuq il-karozzi u infatti l-avventura impossibbli tiegħu hi vjaġġ b’xi vettura f’postijiet remoti fil-pajjiż li jagħżel Liquorish.
L-avventura tkompli illejla fit-20:30 fuq ONE u ONE HD Channel 113 GO Interactive.