L-ewroparlamentari Nazzjonalista Roberta Metsola kienet Malta fil-ħin li l-President ta’ Malta George Vella ltaqa’ mal-ewroparlamentari Maltin eletti fl-elezzjoni tas-Sibt li għadda.
F’laqgħa li saret għall-ħabta tas-1.30 p.m. mal-erba’ mis-sitt membri tal-Parlament Ewropew li stieden biex jiltaqgħu miegħu fil-Palazz tal-President fil-Belt, il-President Vella qal li l-Uffiċċju tiegħu ġie mgħarraf it-Tlieta filgħodu li Metsola u Casa ma attendewx għax issejħu għal xogħol fi Brussel.
Madankollu one.com.mt jista’ jikkonferma li għall-kuntrarju tat-tweġiba li ngħatat lill-Uffiċċju tal-President ta’ Malta, l-Ewroparlamentari Nazzjonalista Roberta Metsol kienet għadha Malta fil-ħin li saret il-laqgħa.
Fil-fatt hija telqet lejn Brussell fuq titjira li telqet minn Malta għall-ħabta tal-4.00 p.m. Casa telaq minn Malta kmieni t-Tieta filgħodu.