Il-Pulizija għaddejja bi tfittxija għal raġel Libjan li hu s-suspettat fl-attentat ta’ qtil ta’ raġel Tuneżin il-Ħamis filgħaxija fil-furjana.
Dan filwaqt li l-vittma li nstab mitluf minn sensih u b’ daqqiet ta’ arma u bil-ponta ma’ għadux fil-Periklu tal-mewt minkejja li għadu qed jiġi rrikoverat fit-taqsima tal-Kura ntensiva fl-Isptar Mater Dei.
Sostnew dan sorsi qrib l-investigazzjonijiet tal-Pulizija li sostnew li waslu għal-Libjan minn kameras tas-sigurta’.
Intant l-alleggat aggressur ħarab immedjatament minn fuq il-post. Il-Pulizija qed tittratta dan il-każ bħala attentat ta’ qtil li seħħ fi Triq il-Miratur fil-Furjana, fejn l-investigazzjonijiet b’ rabta ma’ dan il-każ qed jitmexxew mill-Pulizija mid-distrett tal-Belt.