Joseph Borda, li kien il-bniedem li ntbagħat minn Toni Bezzina biex iġiegħel ħaddiema jagħmlu dikjarazzjoni falza, ikkonferma ma’ ONE NEWS li hu aġixxa biss skont id-direzzjoni tas-superjur tiegħu.
F’kummenti ma’ ONE NEWS li jixxandaru fil-bulettin tal-lejla, Borda qal li hemm verità waħda u ma jistax jiċħadha.
Id-dikjarazzjoni falza kienet tgħid: “Niddikjara u nikkonferma bil-ġurament illi x-xogħol ta’ tibjid minni magħmul fil-kamra tal-bejt tal-Każin tal-Partit Nazzjonalista taż-Żurrieq, kien ġie magħmul minn jheddi, mingħajr ma ħadd ma ġiegħlni, b’mod volontarju u mingħajr ħlas u t-tibjid sar kollu wara l-ħin tax-xogħol.”
Peró eventwalment il-ħaddiema kienu żvelaw taħt ġurament li kienu mġiegħla jiffirmaw din id-dikjarazzjoni qarrieqa.