Stqarrija maħruġa mill-Kummisjoni ta’ Kontra l-Mafja kompliet iġġib fix-xejn l-allegazzjonijiet tas-Senatur Mario Michele Giarruso fejn qal li l-Gvern Malti waqqfu milli jiġi Malta fid-dawl tal-qtil tal-blogger Daphne Caruana Galizia.
Il-Kummisjoni mmexxija minn Rosy Bindi qalet li Giarruso gideb meta qal li ma tħalliex jattendi għal din iż-żjara hekk kif din iż-żjara kienet skedata li ssir qabel ma seħħ il-qtil ta’ Caruana Galizia. L-istqarrija kompliet tgħid li meta Giarruso qal li kien parti minn dan it-tim li se jżur Malta ma kien qed jgħamel xejn ħlief li jirreklama dikjarazzjonijiet passati tiegħu fil-konfront ta’ Gvern Malti u Joseph Muscat.
Bindi qalet ukoll li hi ma kellha l-ebda pressjoni mill-Awtoritajiet Maltin dwar il-kompożizzjoni ta’ din id-delegazzjoni. Filfatt waħda minn dawk li se jattendu hija Giulia Sarti, il-Kap tal-Moviment Cinquestelle, l-istess moviment li jimmilita fih Mario Michele Giarruso.