Sorsi li tkellmu ma’ ONE News qalu li l-karozza li nstabet aktar kmieni s-Sibt li allegatament kienet involuta f’hit and run fatali fiż-Żejtun, instabet mingħajr windscreen.
Il-karozza tal-għamla Mazda Demio nstabet aktar kmieni llum fil-ħdax ta’ filgħodu f’garaxx fil-limiti tax-Xgħajra.
Il-Pulizija arrestat ġuvni ta’ wieħed u għoxrin sena b’rabta ma’ dan il-każ li ħalla lil Antoine Degabriele mejjet.
Dan l-istazzjon huwa infurmat ukoll li tellar tal-karozzi qiegħed jgħin lill-Pulizija fl-investigazzjonijiet tagħhom.
Flimkien mad-Dipartiment tar-Reati Maġġuri u tad-Distrett, fl-investigazzjonijiet taw is-sehem tagħhom ukoll il-Pulizija tal-Laboratorju tax-Xjenza Forensika.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejin.
AQRA WKOLL: