Għada l-gazzetta KullĦadd u ONE News se jiżvelaw kif il-Partit Nazzjonalista qed jitmexxa.
Fil-ħarġa ta’ għada tal-gazzetta KullĦadd se jiġu żvelati dettalji ta’ laqgħa partikolari li saret din il-ġimgħa.
Aktar tard, filmati esklussivi li anki se jixxandru f’ONE News u fuq one.com.mt se juru kif il-Partit Nazzjonalista bil-Kap Bernard Grech qed jerġa’ jitmexxa.
Il-ġurnalisti ta’ ONE News u tal-gazzetta KullĦadd kienu preżenti b’mod diskrett waqt waħda minn sensiela ta’ laqgħat li wriet min qed jieħu d-deċiżjonijiet dwar it-tmexxija tal-partit, il-finanzi u l-lista tal-kandidati li għandhom joħorġu mal-Partit Nazzjonalista.