Qed tisħon il-qiegħa fil-Partit Nazzjonalista b’ Simon Busuttil kostrett li jsejjaħ grupp parlamentari b’ urġenza għal għada stess.
Matul din il-laqgħa, Simon Busuttil mistenni jitlob lil grupp parlamentari jekk għadx għandhom fiducja fih u jgħidilhom biex dawk li mhux lesti jisfidawh f’ dan il-perjodu għandhom jibqgħu b’ ħalqhom magħluq sal-elezzjoni ġenerali.
Simon Busuttil u l-ftit nies ta’ madwaru jinsabu inkwetati ferm li qed tikber il-pressjoni biex hu jitneħħa minn Kap tal-Partit Nazzjonalista.
Dan l-inkwiet laħaq livelli bla preċedent ilbieraħ, meta il-KullHadd ippubblikat rapport li qed jiġi kkunsidrat bħala preċiż ħafna, b’ informazzjoni sensittiva interna mill-Partit Nazzjonalista.
Matul il-ġurnata bdew jiċċirkolaw messaġġi fi gruppi ristretti tal-WhatsApp u aktar tard kien hemm posts fuq Facebook. Fost l-aktar messaġġi li ġibdu l-attenzjoni kien hemm dawk ta’ Jason Azzopardi u Edwin Vassallo.
Filwaqt li n-nies ta’ Simon Busuttil ma tantx kienu sorprizi bil-messaġġ ta’ Vassallo huma jinsabu aktar irrabjati għal Jason Azzopardi. Dan għaliex Azzopardi sempliċiment mexxa ‘l quddiem messaġġ ta’ ħaddieħor dwar tmexxija b’mod li jista’ joħroġ minnu billi jgħid li ma kienx qed jirreferi ghal Simon Busuttil.
Iżda huwa ċar internament li Jason Azzopardi kellu lil Simon Busuttil fil-mira tiegħu.
Simon Busuttil issa mistenni jitlob lil Jason Azzopardi jkun fuq ta’ quddiem fid-difiża tiegħu bl-idea li jekk ma jaħhmilx dan, hu jkun l-ewwel wiehed li jlaqqatha kif toħroġ xi ħaġa fuqu. In-nies ta’ Simon Busuttil iridu li l-membri parlamentari joħorġu għonqhom għal kap matul il-festi tal-indipendenza.
Lil mezzi tax-xandir il-Partit Nazzjonalista qed jippjana li jgħidilhom li l-laqgha urġenti tal-grupp parlamentari se tkun minħabba l-investigazzjoni tal-Visas, bit-tama li ma joħrog xejn minn dak li se jingħad internament waqt il-laqgħa.
AQRA WKOLL: Il-PN każin fejn kulħadd bl-interessi personali – Edwin Vassallo