Għexieren ta’ persuni ġew arresti wara operazzjoni kbira tal-Pulizija fil-Marsa li wasslet għal sejba ta’ droga u immigranti irregolari.
Kien għall-ħabta tal-ħdax u nofs tal-Ħamis filgħaxija li bdiet operazzjoni kbira bis-sehem ta’ 150 uffiċjal minn skwadri diversi tal-Korp.
Minn fuq il-post ittieħdu tliet vannijiet mimlija b’immigranti li nstabu li kienu qed jgħixu Malta illegalment. L-operazzjoni hi mifruxa mal-Marsa kollha fejn se tibqa’ għaddejja matul il-lejl kollu.
Kien hemm ukoll raġel li ttieħed l-isptar Mater Dei b’ambulanza wara li allegatament ipprova jaħrab mill-Pulizija.
Fuq il-post preżenti kien hemm uffiċjali mit-Taqsima tar-Reati Maġġuri, mit-Taqsima ta’ Kontra d-Droga, tal-Investigazzjonijiet Kriminali, tal-Immigrazzjoni, tad-Distrett tal-Ħamrun, mill-Pulizija fil-Komunità, u mis-Servizzi tad-Detenzjoni.
Hemm ukoll membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kif ukoll ambulanza u tim mediku mmexxi mit-tabib tal-Emerġenza Dr Jonathan Joslyn.
Intant fuq il-post ukoll il-kelliem għall-Korp tal-Pulizija, Brandon Pisani, spjega kif din l-operazzjoni hi waħda delikata ħafna bis-sehem ta’ diversi uffiċjali tal-Pulizija.
Aġġornament bil-ħin
01:11am – Fuq il-post hawn membri tal-Protezzjoni Ċivili f’każ ta’ inċidenti minħabba l-maltemp.
Hawn ukoll ambulanza u tim mediku mmexxi mit-tabib tal-Emerġenza Dr Jonathan Joslyn.
Minn fuq il-post ittieħdu tliet vannijiet mimlija b’immigranti li nstabu li kienu qed jgħixu Malta illegalment. L-operazzjoni hija mifruxa mal-Marsa kollha u għadha għaddejja, u mistennija jiġu arrestati iktar persuni fil-ħin li ġej.
Kien hemm ukoll raġel li ttieħed l-isptar b’ambulanza wara li allegatament ipprova jaħrab mill-Pulizija.
Preżenti hawn uffiċjali mit-Taqsima tar-Reati Maġġuri, mit-Taqsima ta’ Kontra d-Droga, tal-Investigazzjonijiet Kriminali, tal-Immigrazzjoni, tad-Distrett tal-Ħamrun, mill-Pulizija fil-Komunità, u mis-Servizzi tad-Detenzjoni.
L-operazzjoni għadha għaddejja u mistennija ttul tul il-lejl kollu fejn matulha kien hemm is-sehem ta’ 150 uffiċjal minn skwadri diversi tal-Korp.
00:30am – L-immigranti li ġew arrestati qed jittellgħu f’vann tad-detenzjoni.

00:27am – Fuq il-post waslu wkoll membri tal-Forensika tal-Pulizija.

00:15am – Fuq il-post waslu membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.

00:13am – Fuq il-post wasal ukoll il-kelliem għall-Korp tal-Pulizija, Brandon Pisani, li spjega kif din hija operazzjoni delikata ħafna bis-sehem ta’ diversi uffiċjali tal-Pulizija.

00:11am – F’dan ir-rejd l-uffiċjali qed isibu wkoll nies li qed jgħixu f’Malta illegalment. Fil-fatt, fuq il-post hawn vann li qed jgħabbi numru ta’ immigranti illegali.
00:00am – Fuq il-post hawn ukoll uffiċjali mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga fejn saru numru ta’ arresti b’rabta mad-droga.
23:58pm – Fuq il-post jidher li hemm preżenza qawwija ta’ Pulizija.

Tard il-Ħamis filgħaxija, għall-ħabta tal-ħdax u nofs, il-Pulizija bdiet operazzjoni kbira fil-Marsa.
ONE News jinsab preżenti fuq il-post fejn qed jiġu mitkellma u arrestati diversi persuni.
L-ewwel indikazzjonijiet juru li dawn l-arresti qed isiru bħala parti minn investigazzjoni kontra d-droga.
Fuq il-post hawn preżenza qawwija ta’ Pulizija u ambulanza.
Aktar dettalji fil-ħin li ġej.