L-elezzjoni li saret bejn il-mexxejja tal-Unjoni Ewropea fil-laqgħa tal-Kunsill Ewropew iddeċidiet li t-terminu ta’ Donald Tusk se jiġi mġedded biex b’hekk se jkun qed jokkupa l-kariga ta’ President tal-Kunsill Ewropew, għal tliet snin oħra.
Il-Prim Ministru Joseph Muscat ippresjeda l-parti tal-Kunsill Ewropew li ddeċidiet jekk Tusk jibqax iżomm il-kariga tiegħu.
Tusk, li għandu 59 sena, ġie elett għall-ewwel darba bħala President tal-Kunsill Ewropew fl-1 ta’ Diċembru 2014. Qabel din il-kariga huwa kien il-Prim Ministru tal-Polonja bejn l-2007 u l-2014.
Fl-aħħar jiem smajna ħafna dwar il-fatt li l-estensjoni tal-mandat ta’ Tusk li kienet qed tiġi opponuta mill-Polonja – art twelid Donald Tusk, li ma ridux li jibqa fi tmum tal-Kunsill Ewropew.
Filfatt, il-Polonja proponiet isem alternattiv – Jacek Saryusz-Wolski – Ewroparlamentari Pollakk li sal-bieraħ kien Viċi President tal-Partit Popolari, iżda minkejja dan Tusk xorta waħda kiseb il-maġġoranza f’din l-elezzjoni.
PM @JosephMuscat_JM greets @donaldtusk upon his re-election as President of #EUCO pic.twitter.com/Be1P18PrSA
— EU2017MT (@EU2017MT) March 9, 2017