Fil-Fakultà tal-Informazzjoni Teknoloġika fl-Università ta’ Malta għaddejja b’esebizzjoni li qed tesponi l-proġetti tal-istudenti f’din il-fakultà.
F’din l-esebizzjoni virtwali hemm sebgħa u sittin proġett bit-tema ‘Nurturing a Community of Digital Leaders.’
Id-Dekan tal-Fakultà tal-Informazzjoni Teknoloġika l-Professur Inġinier Carl James Debono qal kif minkejja din is-sena straordinarja, din l-esebizzjoni qed issir sabiex tippreżenta x-xogħol li jkunu għamlu l-istudenti matul is-sena, u b’hekk dawn ikunu preparati għad-dinja tax-xogħol.
Prof. Debono qal: “Din ir-riċerka u l-proġetti tagħhom juru l-istudenti, il-kapaċijiet tagħhom, f’livelli differenti. Hawnhekk illum qed naraw is-sezzjoni ta’ undergrad, però wkoll għandna sezzjoni ta’ post graduate-research fejn hemm riċerka aktar avvanzata.”
Preżenti għall-ftuħ ta’ din l-esebizzjoni kien hemm is-Segretarju Parlamentari għall-Ekonomija Diġitali Clayton Bartolo.
Fil-Fakultà tal-Informazzjoni Teknoloġika fl-Università ta’ Malta għaddejja b’esebizzjoni li qed tesponi l-proġetti tal-istudenti f’din il-fakultà.
F’din l-esebizzjoni virtwali hemm sebgħa u sittin proġett bit-tema ‘Nurturing a Community of Digital Leaders.’
Id-Dekan tal-Fakultà tal-Informazzjoni Teknoloġika l-Professur Inġinier Carl James Debono qal kif minkejja din is-sena straordinarja, din l-esebizzjoni qed issir sabiex tippreżenta x-xogħol li jkunu għamlu l-istudenti matul is-sena, u b’hekk dawn ikunu preparati għad-dinja tax-xogħol.
Huwa sostna: “Din ir-riċerka u l-proġetti tagħhom juru l-istudenti, il-kapaċijiet tagħhom, f’livelli differenti. Hawnhekk illum qed naraw is-sezzjoni ta’ undergrad, però wkoll għandna sezzjoni ta’ post graduate-research fejn hemm riċerka aktar avvanzata.”