Il-gżira tat-tliet għoljiet, hija magħrufa madwar id-dinja bħala ġawhra u awtentika.
Huwa għalhekk li l-gżira Għawdxija, hija deskritta bħala destinazzjoni perfetta għal nisa li jridu jsiefru waħidhom.
Dan l-element, huwa t-tema ta’ esebizzjoni ta’ ritratti li ġiet esebita fi Triq Dante, ftit passi ‘l bogħod mill-Katidral f”Milan, f’Ottubru li għadda, bl-isem ta’ “No Woman is an Island”.
L-esebizzjoni għandha żewġ naħat: l-attrazzjonijiet f’Għawdexm, kif ukoll il-vjaġġ ta’ mara li tivvjaġġa waħidha.
Dan il-proġett sar bil-kollaborazzjoni ta’ VisitMalta, VisitMalta Italia, li tippromwovi l-aġenzija Maltija għall-promozzjoni tat-turiżmu fl-Italja u VisitGozo.