Fil-Mosta se tittella’ esebizzjoni ta’ arti sagra u reliġjuża, bil-kollaborazzjoni ta’ żewġ artisti: Mark Muscat u Francesca Attard.
Din l-esebizzjoni, bl-isem ta’ ‘Faces of the Divine’, se tkun qed tittella’ fi ‘Stefan’s Framing Gallery’, fi Vjal l-Indipendenza.
Valentina Lupo, se tkun qed tidderieġi dan l-avveniment, filwaqt li l-kollaborazzjoni ta’ Stefan Falzon, li huwa s-sid ta’ din il-gallarija tal-arti, din l-esebizzjoni se tingħata xejra aktar reali.
Din l-esebizzjoni se tkun miftuħa għall-pubbliku mis-sittax sat-30 ta’ Diċembru, bejn id-9:00 u n-12:30, u l-16:00 sad-21:00.
Dan filwaqt li f’Jum il-Milied, se tkun miftuħa mid-09:00 sa 12:00, u mill-16:00 sas-19:00.