Il-Ġimgħa filgħaxija ġiet varata wirja ta’ arti f’isem l-artist modern u kontemporanju Gabriel Caruana li miet fis-16 ta’ Lulju ta’ din is-sena.Gabriel huwa magħruf bħala l-fundatur tal-organizzazzjoni The Mill li taħdem bil-għan li tippromwovi artisti moderni u kontemporanji f’pajjiżna.
Din l-esebizzjoni qed iseħħ bil-għan li tikkomemora l-artist hija inizjattiva ta’ Norbert Francis Attard, il-fundatur u direttur tal-gallery privata tal-Arti Kontemporanja ġewwa l-Belt Valletta. Dan hekk kif Gabriel Caruana kien wieħed mill-artisti pijunieri f’dan il-qasam.
Din l-esebizzjoni qed tittella’ sal-5 ta’ Settembru fil-gallery privata tal-arti kontemporanja fil-Belt