Artista Awstrijaka b’inizjattiva mal-Esplora qed itella’ esebizzjoni t’arti bit-tema tax-Xjenza u l-Arti.
L-esebizzjoni qed tinkorpora aspetti xjentifiċi dwar l-iskart iġġenerat, u fil-fatt l-artista Hermine Sammut użat oġetti riċiklati biex twassal il-messaġġ tagħha.
Fost oħrajn użat fliexken tal-plastik, ħġieġ u oġġetti tal-metall.
Hija spjegatilna: “I like to use waste in my art. Give waste a new life and recycle different medias. And you can see in my art pieces that for example, I used plastic bottles I used cut-offs from metals, I melt glass bottles.
Iċ-Chairman tal-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija, Jeffrey Pullicino Orlando spjega kif huwa ta’ prijorità għall-Esplora biex toffri esperjenza li żżewweġ x-xjenza u l-arti.
Huwa stqarr: “Min-naħa tal-Esplora nħossu li hija importanti ħafna li l-viżitaturi tagħna u kull min jesperjenza l-esperjenza tal-Esplora jifhem il-konnessjoni diretta bejn ix-xjenza u l-arti. Din hija eżempju ċar ta’ kif l-arti tista’ tintuża biex l-arti tipprova kunċetti xjentifiċi.”
Preżenti għall-konferenza kien hemm ukoll il-Ministru għar-Riċerka u l-Innovazzjoni, Owen Bonnici fejn irrimarka l-apsett edukattiv li dan kollu għandu.
Huwa sostna: “Hemm ukoll ktieb li huwa assoċjat magħha li għandu l-għan edukattiv li jibgħat il-messaġġ lil kulħadd biex aħna nieħdu ħsieb id-dinja u l-ambjent li ngħixu fih.”
L-Ambaxxatur Awstrijak ukoll kellu kliem ta’ tifħir għal din l-inizjattiva u ħeġġeġ biex il-pubbliku jmur iżur din l-esebizzjoni filwaqt li dejjem ikun responsabbli fl-azzjonijiet tiegħu.