Fil-Qorti ġiet esebita kaxxa li fiha kien hemm sound speaker fejn go fih kien hemm mohbi l-isplussiv li kellu jingieb hawn Malta, li allegatament xtara u prova jdaħħal f’Malta Jomic Calleja ta’ 34 sena li joqgħod Ħaż-Żebbuġ. Huwa qed jaffaċja akkużi li allegatament pprova jdaħħal splussiv f’Malta.
Quddiem il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech xehed is-surġent Adrian Grima li preżenta din il-kaxxa, bil-pulizija neħħiet l-isplussiv minnha bħala mezz ta’ sigurtà.
Grima xehed kif fit-18 ta’ Awwissu li għadda mar l-Amerika għax il-pulizija kellha informazzjoni li ġej pakkett suspettuż mill-Istat Uniti lejn Malta.
Il-pulizija marret f’Arizona l-Amerka fejn hemmhekk kien hemm espert li neħħa l-isplussiv. Il-pakkett intbagħat lejn Malta mingħajr l-isplussiv fih.
Xehed ukoll l-Ispettur Omar Zammit li qed imexxi l-investigazzjonijiet f’dan il-kaz flimkien mas-Supretendent George Cremona.
Xehed li fis-27 ta’ Awwissu li għadda beda il-proċess sabiex jitqassam il-pakkett mill-Express Trailers. Bil-pulizija kellha suspett li xi ħadd minn din il-kumpanija beda jgħin lil Jomic Calleja biex il-pakkett jasal għandu. Fil-fatt il-pulizija ddentifikat lil Matthew Borg, supervisior mal-kumpanija.
Il-pakkett wasal Malta fl-aħħar ta’ Awwissu u kien indirizzat lejn Roger Tabone, bil-pulizija waslet anki b’ħidma ma Identity Malta li dan l-isem huwa falz u kien qed jużah Jomic Calleja.
L-ispettur Omar Zammit qal li dakinhar Jomic Calleja kien ġie arrestat u ingħata l-police bail. Bil-pulizija kompliet bl-investigazzjoni tagħha u Jomic reġa ġie arresta f’Marzu li għaddha u baqa jinzamm arrestat.
Allegatament Jomic Calleja prova jixtri l-velenu, materjal radjoattiv kif ukoll splussiv tat-tip C-4. Bil-pulizija għadha trid tistabilixxi l-persuna li kienet fil-mira tal-akkużat.
Apparti dawn l-akkużi Jomic Calleja qed jaffaċja akkużi fuq droga.