It-tenur Malti, Joseph Calleja ser jaqsam il-palk fil-kunċert annwali tiegħu ma’ ħadd ħlief, Eros Ramazzotti.
Fil-21 ta’ Lulju, Joseph Calleja ser iżomm l-appuntament annwali tiegħu biex isaħħar lil kull spettatur li ser ikun preżenti fuq il-Fosos tal-Furjana.
Din mhux ser tkun l-ewwel darba li Calleja ser ikollu xi mistieden speċjali. Fi snin preċedenti kellu miegħu artisti ta’ fama internazzjonali fosthom Dionne Warwick u Zucchero.