Ernest Tonna, wieħed minn ta’ ġewwa fid-Dar Ċentrali, magħruf l-iktar għall-appoġġ lil eks Ministru Austin Gatt daħħal iktar minn €217,000 bħala ‘authorized officer’ ta’ Kunsilli Lokali.
Dan fl-istess żmien li gawda wkoll minn ħatriet fil-Malta Freeport Corporation, li tagħha kien responsabbli l-istess Austin Gatt.
Dawn id-dettalji tahom fil-Parlament il-Ministru, Owen Bonnici, għal domanda tad-deputat Luciano Busttil.
Intqal, kif Ernest Tonna beda fil-Kumitat Konġunt tal-Belt fis-sena 2000 u dam jaħdem hemm sakemm irtira fl-2014. Min hemm ħa iktar minn €145,629.
Eventwalment, fis-sena 20014, daħlet fis-sistema l-Furjana. Tonna ingħata xogħol relatat ma’ din il-lokalita’ wkoll. Biex minn hawn daħħal total ta’ iktar minn €56,000.
Fl-2009 ingħaqdet il-Marsa minn fejn daħħal iktar minn €15,000.
Bit-total jitla’ għal iktar minn €217,000.
Il-Ministru għall-Ġustizzja u Gvern Lokali, Owen Bonnici, qal li affarijiet bhal dawn illum m’għadhomx isiru u l-uffiċjali reġjonali illum għandhom paga fissa b’bonus skont il-prestazzjoni.
Intant, Ernest Tonna ħa dawn il-ħlasijiet fl-istess żmien li kien jitħallas eluf ta’ ewro oħra minn entità oħra tal-Gvern. Biex kif iħobb jgħid il-Partit Nazzjonalista, Ernest Tonna, kiel b’diversi ħluq.