Eritrean ta’ 30 sena li joqgħod l-Imsida se jitressaq il-Qorti llum għal ħabta tas-1:30 ta’ waranofsinhar wara li lberaħ ġie arrestat mill-Pulizija mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga. L-arrest tar-raġel sar hekk kif waqt tfittixja mill-Pulizija, huwa nstab fil-pussess ta’ madwar 60 pakkett b’sustanza suspettata droga kannabis lesta biex tiġi ttraffikata.
Wara din is-sejba, il-Pulizija kompliet bit-tfittxijiet fir-residenza tiegħu, fejn instabet iżjed mill-istess sustanza, oġġetti relatati mat-traffikar tad-droga u ammont ta’ flus kontanti.
Il-Pulizija segwiet lir-raġel wara li rċiviet informazzjoni dwar movumenti suspettużi tiegħu, u bdew isegwuh sakemm twaqqaf waqt li kien miexi fl-Imsida.
Ir-raġel se jitressaq il-Qorti quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Caroline Farrugia Frendo b’akkużi relatati ma’ dan il-każ, fost oħrajn.
Kreditu: Uffiċċju tal-Komunikazzjoni, Il-Korp tal-Pulizija ta’ Malta