Ertirean ta’ 37 sena qed isofri minn ġrieħi gravi wara li kien involut f’argument.
Huwa nstab ferut f’għadira demm mill-Pulizija għall-ħabta tal-00:15 kmieni dalgħodu fuq bankina f’Xatt il-Mollijiet fil-Marsa.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei għall-kura, fejn iżjed tard ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
Il-Pulizija qed iżżomm żewġt’irġiel ta’ nazzjonalità Somala sabiex jassitu fl-investigazzjonijiet li għadhom għaddejjin.