Erin Tanti se jkun jista’ jibda jgħaddi ġuri wara li l-Qorti tal-Appell ma laqgħetx l-appelli li tressqu mill-avukati tiegħu.
Il-każ imur lura għad-19 ta’ Marzu 2014 fejn Tanti qed jiġi akkużat li abbuża minn Lisa Maria Zahra ta’ 15-il sena meta kien għalliem tagħha kif ukoll li assistieha biex tagħmel suwiċidju.
Skont ix-xhieda, fil-lejl ta’ qabel Tanti u Zahra qablu li jtemmu ħajjithom.
Il-Qorti kienet immexxija mill-Prim Imħallef Silvio Camilleri, l-Imħallef Joseph Zammit Mackeon u l-Imħallef Edwina Grima.