Il-plejer Daniż Christian Eriksen irritorna għat-taħriġ waħdu fil-faċilitajiet tal-club ta’ Odense Boldklub, wara li kien tah attakk f’qalbu waqt il-partita tal-EURO 2020 li tim tad-Danimarka kien qed jilgħab kontra l-Finlandja.
Il-klabb Daniż qali li l-plejer Daniż tħalla juża l-faċilitajiet tagħhom biex jitħarreġ waħdu u jżomm ruħu f’kundizzjoni tajba.
Eriksen kellu jitwaħħalu apparat sabiex jirregola r-ritmu li bih tħabbat qalbu.
Eriksen lagħab għal Odense Boldklub bejn l-elfejn u ħamsa u l-elfejn u tmienja, qabel ma mar jilgħab mat-tim ta’ Ajax.