Il-plejer tad-Danimarka Christian Eriksen se jkun qed isirlu intervent mediku biex jitpoġġilu defibrilatur f’qalbu.
Il-tobba qalu li dan l-intervent huwa bżonnjuż u kruċjali, hekk kif se tħalli qalb Eriksen tħabbat b’ritmu normali.
Sa issa l-plejer internazzjonali għadu taħt osservanza fl-isptar iżda jinsab tajjeb.
Eriksen kien ingħata s-CPR hekk kif ikollassa waqt il-partita tal-EURO 2020 kontra l-Finlandja s-Sibt li għadda.