In-numru ta’ Turisti li għażlu pajjiżna f’Mazu kien dak ta’ 141,266, żieda ta’ 22.3% meta kkumparat mal-istess xahar fl-2016 skont l-istatistika ppubblikata mill-uffiċju Nazzjonali tal-istatistika.
Kienu 105,080 li ġew pajjiżna għall-vaganza filwaqt li 20,017 kienu f’pajjiżna fuq xogħol. In-numru ta’ turisti li ġew Malta minn pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea żdiedu b’23.4%, jiġifieri b’123,063, meta kkumparat mal-istess xahar fl-2016.
Il-maġġoranza tat-turisti kellhom bejn 45 u 64 sena jsegwuhom kienu dawk ta’ bejn il-25 – 44 sena.