Erġajna. Immorru nistaqsu lill-Kap tal-Oppożizzjoni u minflok insibu min fiżikament iżomm lill-ġurnalisti tagħhna filwaqt li l-Kap iwieġeb b’arroganza minflok jagħti eżempju.
Hekk ġralha Nicole Buttigieg meta lbieraħ filgħaxija provat tistaqsi dwar l-iskema ċedoli.
Dan għax fil-Parlament Simon Busuttil qal li jaqbel mal-Ministru Evarist Bartolo u Bartolo kien għadu kemm kritika bl-aħrax l-iskema ċedoli. Għalhekk kien naturali nistaqsu: “Int se tirtira l-iskema ċedoli?” It-tweġiba tiegħu kienet: “Se jħallsuk bl-overtime illejla.”