Il-President tat-Turkija qal li l-Kurdi Iraqini jistgħu jmutu bil-ġuħ bil-miżuri punittivi li qed jikkunsidra wara r-referendum tal-indipendenza li sar it-Tnejn.
Recep Tayyip Erdogan akkuża lill-kap tal-Gvern Reġjonali tal-Kurdistan bi “tradiment” wara li xorta saret il-votazzjoni minkejja oppożizzjoni internazzjonali.
L-għażliet militari u ekonomiċi kollha issa jinsabu “fuq il-mejda”, qal is-Sur Erdogan.
Huwa kien preċedentement hedded li jaqta’ pipeline importanti għall-esportazzjoni taż-żejt lill-Kurdistan u li jwaqqaf t-trakkijiet li jippruvaw jaqsmu l-fruntiera tat-Turkija.
Il-Gvern Tork jibża’ li l-formazzjoni ta’ stat indipendenti tal-Kurdi fuq il-fruntiera tiegħu ser iqanqal ħsibijiet separatisti qalb il-minoranza ta’ dawn in-nies preżenti fit-Turkija.