Il-President Tork Recep Tayyip Erdogan ingħaqad ma’ numru ta’ pajjiżi Musulmani f’bojkott ta’ prodotti Franċiżi.
Erdogan qal li l-politiċi Ewropej għandhom iwaqqfu l-kampanja ta’ mibegħda li qed imexxi l-President Franċiż Emmanuel Macron.
Ir-reazzjoni ta’ Erdogan ġiet wara li Macron kompla jiddefendi d-dritt tal-libertà tal-espressjoni fi Franza, wara l-qtugħ ta’ ras l-għalliem li wera karikatura tal-Profeta Muhammad lill-istudenti tiegħu waqt lezzjoni.
Kelliem għall-President Tork filwaqt li kkritika l-karikatura, huwa kkundanna l-qtil brutali tal-għalliem u sejjaħ dan l-attakk bħala att barbaru.
Franza ordnat ir-ritorn tad-Diplomatiku Franċiż għat-Turkija filwaqt li talbet biex il-bojkott jieqaf b’mod immedjat.
Intant, bħalissa dimostranti f’pajjiżi Musulmani qed inaddfu l-ixkafef tal-ħwienet minn prodotti Franċiżi.