Erbgħa persuni ġew mixlija li weġġgħu tliet żgħażagħ fi stabbiliment f’Paceville. Il-każ imur lura għal Lulju li għadda, meta l-barman kien qed iservi x-xarba magħrufa bħal Flamingo Lamborghini. Kien hawn li t-tliet żgħażagħ indarbu gravi meta nħarqu b’likwidu li tar għal fuqhom. Fil-qorti ngħad ukol li t-tliet zghazagħ kienu taħt l-età.
L-erba’ akkużati huma l-barman, Lazar Zakev, ta’ wieħed u għoxrin sena mil-Maċedonja, Noel Falzon ta’ sebgħa u erbgħin sena li huwa l-bar manager, is-sid tal-istabbiliment Hugo Chetcuti u ibnu Luke.
L-Avukat difensu Joe Giglio qal li dan kien incident sfortunat/ Assigura li l-klijenti tiegħu se jagħtu l-għajnuna kollha lil persuni li weġgħu u sostna li l-barman huwa ta’ esperjenza.