F’għeluq ir-raba’ jum tan-nominazzjonijiet għall-elezzjonijiet każwali tal-kandidati Nazzjonalisti, daħlu 14-il nominazzjoni oħra.
Fuq il-ħames distrett sabiex jimtela’ l-post ta’ Bernard Grech tefgħet in-nomina Francine Farrugia.
Anthony Mifsud tefa’ ismu fuq is-seba’ distrett sabiex jimtlew is-siġġijiet vakati minn Ryan Callus u Adrian Delia.
Fuq id-disa’ distrett tefgħu isimhom Graham Bencini, Albert Buttigieg, Emma Portelli Bonnici u Charles Selvaggi, sabiex jimtlew il-postijiet ta’ Robert Arrigo u Joseph Giglio.
Fuq l-għaxar distrett, sabiex jimtela s-siġġu ta’ Mark Anthony Sammut, tefgħu isimhom Graham Bencini, Albert Buttigieg u Emma Portelli Bonnici.