Raġel ta’ 33 sena mill-Imsida, inżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti akkużat fost l-oħrajn li ppermetta moħqrija fuq erbat itfal.
Quddiem il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Leonard Caruana ġie spjegat li dawn l-allegat atti saru f’Ottubru tal-2018 u April tal-2020, fl-Imsida meta huwa suppost kellu jieħu ħsiebhom.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Ġie spjegat li wieħed mit-tfal fetaħ qalbu ma’ social worker dwar dawn l-atti li kien jagħmel ir-raġel meta jkun magħhom. Spjegaw li kien jagħtihom kastigi eċċessivi, saħansitra ġieli għamel l-awrina fuqhom.
Il-Prosekuzzjoni fil-Qorti qalet kif ir-raġel ġie arrestat wara rapport mid-Direttorat għall-Ħarsien tat-Tfal.
L-akkużat wieġeb mhux ħati.
L-Avukati Difensuri talbu għall-ħelsien mill-arrest, liema talba ġiet miċħuda.