Charlston u Redent Cassar u Jerome Azzopardi ta’ 24 sena minn Bormla u Josef Majri minn Ħal Tarxien ta’ 24 sena baqgħu jinżammu arrestati wara li wieġbu mhux ħatja għall-akkużi ta’ ħasil ta’ flus.
L-Ispettur Robert Azzopardi xehed li l-arrest tal-erba’ imputati wasal wara investigazzjoni li bdiet minn rapport li wasal b’mod kunfidenzjali għand l-Ispettur.
L-allegat ħasil ta’ flus sar f’numru ta’ ħwienet tal-logħob.